13 killed, 55 wounded in Turkey bus bombing

13 people were killed and 55 were wounded, when a bus was hit by an explosion outside a university in the Turkish city of Kayseri.


Skont il-Ministru tal-Intern Suleyman Soylu, li kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta mal-Ministru tas-Saħħa, il-midruba kollha qed jingħataw kura l-isptar, bi 12 fil-kura intensiva u sitta f’qagħda kritika. L-Istaff Ġenerali tat-Turkija qal aktar kmieni li 13-il persuna nqatlu fl-isplużjoni. Skont Soylu, tmienja minnhom issa ġew identifikati.

Seba’ persuni nżammu b’rabta mal-isplużjoni, qalet Soylu, kif iċċitata minn Reuters. Żied jgħid li l-attakk kien "imwettaq minn attakkant suwiċida." Għadu ma kien hemm ebda pretensjoni ta’ responsabbiltà għall-bumbardament, iżda l-President Tork Erdogan ħareġ stqarrija fejn sostna li “organizzazzjoni terroristika separatista” hija responsabbli għall-attakk.

Id-deputat Prim Ministru tat-Turkija, Veysi Kaynak, aktar kmieni qal li huwa probabbli ħafna li l-inċident huwa attakk ta’ terrur li jfakkar fl-isplużjoni fil-grawnd ta’ Besiktas, u żied li jidher li kien ikkawżat minn karozza bomba. Xhud ikkwotat minn Haberturk sostna li karozza qrib ix-xarabank splodiet.

Waqt li tkellem lill-ġurnalisti live fuq it-TV Tork, Kaynak qal li l-attakk kien immirat lejn xarabank li ġġorr suldati off-duty.

L-uffiċċju tal-Prim Ministru tat-Turkija impona projbizzjoni temporanja fuq il-kopertura tal-isplużjoni f’Kayseri, u talab lill-organizzazzjonijiet tal-midja biex joqogħdu lura milli jirrappurtaw kull ħaġa li tista’ tikkawża “biża’ fil-pubbliku, paniku u diżordni u li tista’ sservi l-għanijiet tal-organizzazzjonijiet terroristiċi.”

L-isplużjoni tas-Sibt seħħet ġimgħa biss wara li attakk doppju barra grawnd tal-futbol f’Istanbul qatel ‘il fuq minn 40 persuna u darab aktar minn 100. Dak l-attakk kien sostnut mill-militanti Kurdi.

as