Karozza tinfed fil-folla, xufier sparat mill-pulizija f’Heidelberg, il-Ġermanja

Raġel weġġa’ tliet persuni billi saq il-karozza tiegħu f’folla fi pjazza fil-belt ċentrali Ġermaniża ta’ Heidelberg, hekk kif il-pulizija tiċħad l-ispekulazzjonijiet li l-inċident jista’ jkun ta’ natura terroristika.

Il-Pulizija qalet is-Sibt li l-uffiċjali rnexxielhom isibu lis-suspettat u sparawlu wara li ħarab minn fuq il-post tal-attakk, li seħħ barra forn għall-ħabta ta’ wara nofsinhar.

Il-kelliema għall-Pulizija Anne Baas qalet li wieħed minn dawk midruba jinsab f’qagħda kritika. Kelliem ieħor għall-pulizija, Norbert Schaetzle, qal li r-raġel allegatament uża karozza tal-kiri u kien qed iġorr sikkina meta ħareġ mill-vettura.

Imbagħad inqalgħet waqfa qasira qabel ma l-pulizija rnexxielhom jinterċettaw lis-suspettat u sparawlu, qalet il-midja lokali, u żiedet li l-attakkant imbagħad inġarr l-isptar. Schaetzle ma kienx se jikkonferma rapporti fil-midja li r-raġel kien disturbat mentalment, iżda qalet li l-pulizija ma kinitx qed tikkunsidra l-inċident bħala attakk terroristiku peress li r-raġel jidher li kien qed jaġixxi waħdu.

Matul dawn l-aħħar sentejn, il-Ġermanja sofriet diversi attakki ta’ natura terroristika kemm minn elementi tal-gruppi nazzjonalisti tal-lemin estrem tagħha kif ukoll minn nies li hu maħsub li għandhom rabtiet mal-grupp terroristiku Takfiri Daesh, li huwa bbażat fl-Iraq u s-Sirja.

Aktar minn miljun persuna ddaħħlu fil-Ġermanja minn influss ta’ refuġjati li beda jolqot lill-Ewropa kmieni fl-2015.

Ħafna jgħidu li r-refuġjati huma t-tort għal żieda qawwija fit-theddid għas-sigurtà għall-politika liberali tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel. Il-kritika ġiegħlet lil Berlin tirrevedi l-kriterji għall-aċċettazzjoni tar-refuġjati, u qalet li dawk biss minn territorji mifruxa mill-gwerra, inkluż mis-Sirja, ikunu milqugħa.

Kumment