EU approves ratification of Paris Agreement on climate change

[gtranslate]

With today’s European Parliament approval of the Paris Agreement ratification – in the presence of European Commission President Jean-Claude Juncker, the United Nation’s Secretary General Ban Ki-moon and the President of COP 21 Ségolène Royal – the last hurdle is cleared. The political process for the European Union to ratify the Agreement is concluded.


Il-President Jean-Claude Juncker fid-Diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fl-14 ta' Settembru sejjaħ għal ratifika rapida tal-ftehim.

Qal: “It-twassil bil-mod tal-wegħdiet li saru huwa fenomenu li dejjem aktar jirriskja li jdgħajjef il-kredibbiltà tal-Unjoni. Ħu l-ftehim ta’ Pariġi. Aħna l-Ewropej aħna l-mexxejja dinjija dwar l-azzjoni klimatika. Kienet l-Ewropa li għamlet l-ewwel ftehim globali legalment vinkolanti dwar il-klima. Kienet l-Ewropa li bniet il-koalizzjoni ta’ ambizzjoni li għamlet il-ftehim f’Pariġi possibbli. Nappella lill-Istati Membri kollha u lil dan il-Parlament biex fil-ġimgħat li ġejjin, mhux fix-xhur, jagħtu s-sehem tiegħek. Għandna nkunu aktar mgħaġġla.” Illum dan qed jiġri.

President Jean-Claude Juncker said: “Today the European Union turned climate ambition into climate action. The Paris Agreement is the first of its kind and it would not have been possible were it not for the European Union.  Today we continued to show leadership and prove that, together, the European Union can deliver.”

Il-Viċi President għall-Unjoni tal-Enerġija Maroš Šefčovič qal: “Il-parlament Ewropew sema’ l-vuċi tan-nies tiegħu. L-Unjoni Ewropea diġà qed timplimenta l-impenji tagħha stess għall-Ftehim ta’ Pariġi iżda r-ratifika mgħaġġla tal-lum tixpruna l-implimentazzjoni tagħha fil-bqija tad-dinja.”

Il-Kummissarju għall-Azzjoni Klimatika u l-Enerġija Miguel Arias Cañete qal: “Il-kompitu kollettiv tagħna huwa li nbiddlu l-impenji tagħna f’azzjoni fuq il-post. U hawn l-Ewropa hija quddiem il-kurva. Għandna l-politiki u l-għodod biex nilħqu l-miri tagħna, nidderieġu t-tranżizzjoni globali għall-enerġija nadifa u nimmodernizzaw l-ekonomija tagħna. Id-dinja miexja u l-Ewropa tinsab fuq is-siġġu tas-sewwieq, kunfidenti u kburija li tmexxi l-ħidma biex tiġi ttrattata t-tibdil fil-klima”.



S'issa, 62 parti, li jammontaw għal kważi 52 % tal-emissjonijiet globali rratifikaw il-Ftehim ta' Pariġi. Il-Ftehim se jidħol fis-seħħ 30 jum wara li jkunu rratifikaw mill-inqas 55 parti, li jirrappreżentaw mill-inqas 55% tal-emissjonijiet globali. Ir-ratifika u d-depożitu tal-UE se jaqsmu l-limitu ta’ 55 % ta’ emissjonijiet u għalhekk jagħtu bidu għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Pariġi.

L-UE, li kellha rwol deċiżiv fil-bini tal-koalizzjoni ta' ambizzjoni li għamlet l-adozzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi possibbli f'Diċembru li għadda, hija mexxejja globali dwar l-azzjoni klimatika. Il-Kummissjoni Ewropea diġà ressqet il-proposti leġiżlattivi biex twettaq l-impenn tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet fl-Unjoni Ewropea b'mill-inqas 40% sal-2030.

Passi li jmiss

Bl-approvazzjoni tal-lum mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jista' jadotta formalment id-Deċiżjoni. B'mod parallel l-Istati Membri tal-UE se jirratifikaw il-Ftehim ta' Pariġi individwalment, skont il-proċessi parlamentari nazzjonali tagħhom.

Kumment